Ħu ritratt m’ommok biex tirbaħ €100 top up!

Malta Public Transport nediet kompetizzjoni fotografika għal Jum l-Omm.
Kull min jixtieq jieħu sehem f'din il-kompetizzjoni għandu jivjaġġa fuq karozza tal-linja m'ommu u jieħu ritratt magħha biex juru l-esperjenza tagħhom.
Min jirbaħ, kemm hu kif ukoll ommu, jirċievu €100 top up fuq it-tallinja card tagħhom.
Ir-ritratti, li għandhom ikunu kbar bejn 1MB u 3MB, għandhom jintbagħtu fuq competitions@publictransport.com.mt. Il-parteċipanti għandhom jibgħatu wkoll isimhom, l-indirizz tad-dar u n-numru tat-telephone.
Il-kompetizzjoni fotografika bdiet ilbieraħ u tibqa' sejra sa nhar l-Erbgħa 4 ta' Mejju.
Ir-ritratti li jintbagħtu se jittellgħu wkoll fuq il-paġna ta' Facebook ta' Tallinja u r-rebbiegħ jitħabbar f'Jum l-Omm, jiġifieri nhar il-Ħadd 8 ta' Mejju.
Il-kompetizzjoni miftuħa għal residenti Maltin li għandhom mill-inqas 14-il sena.
Ir-regoli uffiċċjali tista' ssibhom hawn.