Ħu Oscar Pistorius akkużat b’omiċidju

Ikompli jispikka l-kunjom Pistorius, iżda din id-darba, il-protagonist fl-istorja mhux l-atleta paraolimpiku Oscar Pistorius, imma ħuh, Carl.

Carl Pistorius qed jiġi akkużat b’omiċidju volontarju ta’ mara. Dan seħħ wara inċident tat-traffiku bejn din il-mara, li kienet qed issuq mutur, u ħu Oscar Pistorius. L-inċident seħħ lura fl-2010.

Ħu Carl, il-Paraolimpiku Oscar Pistorius qed jiġi akkużat li qatel lit-tfajla tiegħu bi żball wara li ħasibha ħalliel. Id-delitt ġara f’jum San Valentinu fid-dar tiegħu f’Johannesburg fl-Afrika ta’ Isfel.

It-tfajla ta’ Pistorius, hi l-mudella Reeva Steenkamp ta’ tletin sena. Oscar Pistorius għandu 26 sena, u huwa magħruf bħala l-‘Blade Runner’ jew inkella bħala l-iktar raġel veloċi mingħajr saqajn.