Ħu l-fama u mur orqod

Ritratt: Coldman Photography

Is-sitt episodju ta’ Elf Metodu li jixxandar illejla fuq l-istazzjon One se jlaqqagħna mal-familja ta’ Chantal u Kyle. X’inhi s-sitwazzjoni li qed tħabbat wiċċha magħha din l-omm żagħżugħa, u x’tista’ tagħmel ommha biex toħroġha minnha? Min huma Brandon u Lydin, u x’għandhom x’jaqsmu eżatt ma’ dil-familja? 

Bħalma jgħidu, “ħu l-fama u mur orqod” – u eżatt hekk ġralha Karen jew aħjar “dik il-hairdresser li qatlet lir-raġel”. F’għajnejn ħafna nisa hija eroj u, iktar ma tiġri l-kelma li din qed teħles lil nisa oħra minn żwieġhom, iktar issib nisa jaffaċċjawha sabiex tgħinhom. X’impatt ħalla dak li ġara ma’ Ryan fuq Karen? Tgħid, wara dan kollu, Jen u Jo se jibqgħu jħeġġuha biex tinvolvi ruħha fl-istejjer ta’ ħaddieħor jew jaqblilhom ma komplux jiġbdu l-attenzjoni tal-pulizija fuqhom?

Ritratt: Coldman Photography

Elf Metodu għandu kitba ta’ Simon Bartolo fuq idea ta’ Mark Doneo u jixxandar fuq l-istazzjon One llejla fid-9pm.