Ħu l-PM Ingliż jirriżenja minn Ministru u mill-Partit Konservattiv

Read in English.

Anki ħu l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson irriżenja minn Ministru u mill-Partit Konservattiv. Jo Johnson qal li ħa dan il-pass minħabba dak li sejjaħ “tensjoni” fir-rwol tiegħu bħala membru tal-Kabinett.

Jo Johnson kien ilu disa’ snin fil-Parlament bħala rappreżentant tal-lokalità ta’ Or-ping-ton.

“Ninsab maqsum bejn il-lealtà tiegħi lejn ħija u l-lealtà lejn in-nazzjon”, qal Jo Johnson fl-ittra tar-riżenja.

Interessanti, li fir-referendum tal-2016, Jo Johnson kien ivvota biex ir-Renju Unit jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea.