Ħu ħsieb widnejk: qiegħed f’riskju li tittarrax

Qatt kont f’post fejn kien hemm ħafna storbju u ħriġt minn hemm b’widnejk iżarżru?
Jekk iva, dak il-ħoss li tisma’ f’widnejk immedjatament meta toħroġ mill-istorbju, li jgħidlulu tinnitus, ifisser li widnejk għadhom kemm għaddew minn dannu permanenti.
Skont riċerka mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), 1.1 biljun persuna li għandhom bejn it-12 u l-35 sena, huma f’riskju li jittarxu.
X’jikkawża dannu permanenti lis-smigħ?
Il-ħoss tat-taffiku ġo belt, li ġeneralment jammonta għal 85 deċibel (db), li huwa l-kejl li jintuża sabiex wieħed jikkalkola l-frekwenza tal-ħsejjes, huwa l-massimu tal-frekwenza li wieħed jista’ jisma’ mingħajr ma jsir dannu permanenti għall-widnejn. L-unika meżż kif din il-frekwenza tista’ tagħmel dannu lill-widnejn hija jekk wieħed jagħmel aktar minn tmien sigħat fiha.
Għaldaqstant, aktar kemm titla’ l-frekwenza, aktar faċli li jsir dannu permanenti f’inqas ħin.

  • 88db – ma tistax tkun espost għal aktar minn erba’ sigħat.
  • 91db – ma tistax tkun espost għal aktar minn sagħtejn.
  • 95db – jieħu biss siegħa sabiex jagħmel dannu permanenti.
  • Jekk il-frekwenza titla għal 120db, min ikun espost għaliha se jħoss uġigħ fiżiku, u d-dannu permanenti jsir fi ftit sekondi.

X’inhuma l-attivitajiet li għandek toqgħod attent minnhom sabiex tassigura li ma tagħmilx dannu permanenti lil widnejk?

  • Avvenimenti tal-mużika u klabbs,
  • Meta taħdem b’makkinarju storbjuż,
  • U avvenimenti sportivi.

L-aħħar rekord dinji tal-massimu ta’ storbju li qatt għamlet folla nies tela’ għal 142.2db, frekwenza li tikkawża dannu permanenti immedjat.
Kif tista’ tipproteġi widnejk?

  • Investi fi plagg għall-widnejn (earplugs) jew earmuffs.
  • Baxxi l-volum.
  • Tbiegħed mill-istorbju

Madanakollu, wieħed m’għandux jibża' jgawdi attivitajiet li forsi jkunu storbjużi, l-aqwa li wieħed ma jinsiex jipproteġi widnejh.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=xV-PNR_Ffg8]