Ħu ħsieb tiegħek innifsek u tal-pet tiegħek waqt il-kura għall-kanċer

Għal ħafna nies, l-annimali domestiċi jħossuhom bħala parti mill-familja. Wara dijanjosi tal-kanċer, l-annimali domestiċi jistgħu joffru bosta benefiċċji. Il-benefiċċji jinkludu: kumpanija, titjib fil-burdata u motivazzjoni biex tibqa’ attiv.

— Jekk tgħix mal-familja jew ma’ xi ħbieb staqsi lil xi ħadd ieħor biex inaddaf wara l-annimali domestiċi bħal tindif tal-kaxxa jew tibdil tal-pads tal-klieb. Jekk għandek bżonn tnaddaf wara pet, ilbes ingwanti u aħsel idejk sew wara t-tindif. Jekk qed tnaddaf kaxxa tal-litter, ilbes maskra biex tevita li tieħu man-nifs mit-trab. Żomm il-kaxxa ’il bogħod mill-kċina u l-kamra tal-ikel.

   — Jekk l-annimal domestiku tiegħek huwa marid – rimettar, dijarea, jew għatis – ħu l-pet tiegħek għand il-veterinarju mill-ewwel. L-annimal domestiku jista’ jkollu infezzjoni li tista’ tiġi mgħoddija lilek jekk is-sistema tiegħek tkun dgħajfa. Trid ukoll tiżgura li l-pet tiegħek jirċievi l-kura li għandu bżonn.

— Evita l-grif. Żomm id-dwiefer tal-kelb jew tal-qattus tiegħek mirquma biex tnaqqas ir-riskju ta’ grif. Jekk tinbarax naddaf sew u żommha mgħottija b’faxxa. Jekk issir ħamra, sħuna, minfuħa jew toħroġ il- materja ċempel lit-tabib malajr kemm jista’ jkun. Jista’ jkun infettat.

— Żomm l-annimali domestiċi tiegħek aġġornati bil-vaċċini, il-prevenzjoni tad-dud u l-mediċini tal-briegħed u l-qurdien biex tnaqqas l-espożizzjoni tiegħek għall-infezzjoni kif ukoll għall-protezzjoni tagħhom stess.

— M’għandekx tadotta annimali domestiċi ġodda jew tieħu annimali mit-triq waqt it-trattament tal-kanċer. L-annimali ta’ barra t-triq huma aktar probabbli li jġorru mikrobi mhux magħrufa anke jekk l-annimal jidher b’saħħtu. Barra minn hekk, annimali domestiċi ġodda jieħdu ħafna ħin u enerġija biex tieħu ħsiebhom waqt it-trattament tal-kanċer.

  — Xi annimali domestiċi u annimali għandhom bżonn jiġu evitati waqt it-trattament tal-kanċer meta s-sistema immuna tiegħek tiddgħajjef. Rettili, tiġieġ, papri u annimali oħra jistgħu jġorru s-salmonella u mikrobi oħra li jistgħu jikkawżaw infezzjoni. Is-salmonella tista’ twassal għal dijarea u tista’ tkun speċjalment perikoluża għal pazjenti bil-kanċer.

   — Sib pet sitter tajjeb! Jekk trid tqatta’ l-ħin l-isptar għal kirurġija jew trattament, kun żgur li għandek pet sitter li tafdah biex jieħu ħsieb il-pet tiegħek waqt li tkun qed titfejjaq.