Ħu ħsieb li l-karti tal-flus ma jkunux foloz!

Il-Pulizija ħasset il-bżonn li tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku dwar il-karti tal-flus.
Tliet karatteristiċi ta’ sigurtà hekk kif maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew jgħinu biex wieħed jagħraf jekk il-karti tal-flus humiex ġenwini jew le.
Intqal li wieħed għandu jħoss il-karti tal-flus hekk kif il-proċess ta’ ipprintjar hu wieħed speċjali li bih il-flus ikunu uniċi.
Meta l-karta tal-flus titpoġġa fid-dawl ikun hemm rifless tal-watermark, linja u numru tas-sigurtà.
L-effett tad-dawl fl-istampa, fin-numru u fis-simbolu tal-ewro ukoll jgħinu biex wieħed jasal jiddeċiedi jekk il-karta tal-flus hix falza jew le.