Ħu Celine Dion imut ftit sigħat wara żewġha

Il-kantanta Celine Dion tilfet lil ħuha ftit sigħat wara li ġarrbet il-mewt ta’ żewġha Rene.
Rene u Daniel it-tnejn li huma tilfu l-ġlieda kontra l-kanċer.
F’aħbar li ħarġet mill-familja Dion, jidher ċar li ħu l-kantanta Daniel tilef il-battalja kontra l-kanċer fl-eta ta’ 59 sena.
B’kollox il-kantanta kellha 13-il aħwa.
Il-kantanta apparti li rebħet il-Eurovision Song Contest fl-1988, tibqa’ magħrufa għal suċċessi kbar mużikali fosthom Think Twice, My heart will go on u That’s the way it is.