Ħtif bastiment: 2 żgħażagħ qed jinżammu Kordin; “Qed jinjoraw drittijiethom”

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Żewġ żgħażagħ li qegħdin jitressqu l-qorti dwar il-każ ta’ El Hiblu 1 qegħdin jinżammu fil-ħabs ewlieni f’Raħal Ġdid u mhux fit-Taqsima taż-Żgħażagħ. Dan minkejja struzzjonijiet ċari mogħtija mill-Maġistrat meta ż-żgħażagħ tressqu l-qorti nhar is-Sibt li għadda, skont dak li qalu l-avukati Neil Falzon u Cedric Mifsud lil Newsbook.com.mtL-avukati għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jaraw li d-drittijiet tal-akkużati bħala tfal jiġu protetti skont il-liġi.

3 żgħażagħ jinżammu taħt arrest wara li “ħatfu bastiment”

3 żgħażagħ huma akkużati li ħatfu l-vapur tal-merkanzija El Hiblu 1. Huma għandhom 15, 16 u 19-il sena. Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Kummissarju għat-Tfal b’relazzjoni mal-każ li qalet li huma qegħdin jistaqsu dwar il-minorenni. Madankollu, Newsbook.com.mt hu infurmat li ż-żewġ żgħażagħ ta’ 15 u 16-il sena qegħdin jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ħtif bastiment: Il-Kummissarju għat-Tfal tistaqsi dwar il-minuri mressqa l-Qorti

L-avukati Neil Falzon u Cedric Mifsud qalu li huma saru jafu b’dan illum waranofsinhar. Huma spjegaw li dan qed isir minkejja li l-Maġistrat tat struzzjonijiet ċari li dawn iż-żewġ żgħażagħ għandhom ikunu protetti bħala minorenni.

Huma għandhom jieħdu azzjoni dwar dan il-każ għada filgħodu.

Aqra iktar hawn:

Aġġornata: Bastiment allegatament maħtuf mill-immigranti ġej lejn Malta – Rapporti

Aġġornata: Ritratti: 5 arrestati mill-bastiment “maħtuf mill-immigranti”