Bżonn id-demm; imma Puttinu Cares mhux jappella

Għalkemm fuq Facebook għaddejja kitba antika li Puttinu Cares jeħtieġ id-demm urġenti għat tarbija ta' tmien xhur, il-Bank tad-demm xorta waħda jeħtieġ id-demm b'mod urġenti.
Għaldaqsant is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed javża lil hemm bżonn donazzjonijiet tad-demm, b'mod partikolari tal-gruppi O positive u A positive.
Wieħed jista' jmur fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa bejn it-8am u s-6pm.