Ħtieġa li titnaqqas il-burokrazija mid-Dipartiment tal-Artijiet

Is-Segretarju Parlamentari għall-ippjanar u simplifikazzjoni amministrattiva, Michael Farrugia, qal li fid-Dipartiment tal-Artijiet hemm bżonn ta’ evalwazzjoni sħiħa tal-proċeduri eżistenti sabiex dawn jitjiebu u b’hekk titnaqqas il-burokrazija żejda.

Il-Ministru Michael Farrugia qal dan waqt żjara li għamel aktar kmieni l-Ġimgħa filgħodu fid-Dipartiment tal-Artijiet. Huwa tkellem ukoll dwar kif għandu jiżdied aktar id-dħul tad-Dipartiment tal-Artijiet mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm reviżjoni ta’ tariffi.

Il-Ministru Farrugia temm jgħid li din l-evalwazzjoni tal-proċeduri eżistenti se twassal biex min juża is-servizz tad-Dipartiment tal-Artijiet ikun moqdi aħjar u b’mod trasparenti u aktar effettiv.