Ħsieb li jikber l-għadd ta’ ħaddiema tal-Kummissarju għar-Refuġjati – Farrugia

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li hemm ħsieb li jikber l-għadd tal-ħaddiema tal-Kummissjoni għar-Refuġjati.

Hu qal dan fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-deputat Carmelo Mifsud Bonnici.  Farrugia spjega li jinsab infurmat li bħalissa hemm 30 ħaddiem fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati.

Fil-bidu ta’ Ottubru ta’ din is-sena l-Avukat Roberta Buhagiar laħqet bħala l-kummissarju l-ġdid għar-refuġjati. Qabel hi kienet il-konsulent tal-Gvern fil-qasam tal-migrazzjoni.