HSBCnet toffri konvenjenza u sigurtà lin-negozji f’kwalunkwe ħin u post

Ritratt: HSBCnet toffri mod veloċi, sempliċi u sigur biex klijenti jmexxu n-negozju tagħhom b’mod remot.

HSBC Malta kontinwament jaġġorna l-pjattaformi diġitali tiegħu, servizzi virtwali u għodod onlajn bl-għan li jgħin lill-klijenti kummerċjali tal-Bank jadattaw għall-bidla, iżommu l-viżibbiltà u kontroll aħjar tal-finanzi tagħhom. Din il-pjattaforma bankarja onlajn, rebbieħa ta’ għadd ta’ unuri, hi aċċessibbli permezz ta’ HSBCnet u toffri mod veloċi, sempliċi u sigur biex klijenti jmexxu n-negozju tagħhom b’mod remot. HSBCnet toffri l-possibbiltà għan-negozji biex iħallsu l-kontijiet, iwaqqfu l-pagamenti, jiċċekkjaw il-bilanċi fil-kontijiet, u jittrasferixxu l-fondi, f’kull ħin, kullimkien madwar id-dinja. Permezz tal-interface ġdid u l-kapaċitajiet ġodda ta’ tiftix u filtrazzjoni, HSBCnet tagħmilha faċli għall-klijenti kummerċjali biex imexxu n-negozju tagħhom minn kwalunkwè post.

Permezz ta’ HSBCnet, il-klijenti jistgħu jgħaqdu flimkien pagamenti f’diversi muniti differenti u jieħdu vantaġġ minn għodod ta’ rapportaġġ flessibbli li jiffaċilita l-ġestjoni tal-cash flow u l-ħtiġijiet tal-katina tal-provvista. Barra minn hekk, HSBCnet tadotta l-ogħla standards ta’ sigurtà, inkluż login bijometriku, biex b’hekk il-klijenti jkollhom serħan il-moħħ. L-aġġornamenti tas-sistema huma ċentralizzati u għalhekk l-updates isiru dejjem mingħajr il-bżonn li l-klijent joqgħod jiċċekja.

Joyce Grech, Kap tal-Commercial Banking ma’ HSBC Malta, qalet: “HSBCnet tippermetti lill-klijenti kummerċjali tagħna joperaw il-finanzi tagħhom meta jridu u minn fejn hu l-aktar konvenjenti għalihom. L-impjegati tagħna dejjem jinsabu lesti biex jgħinu permezz tas-servizz onlajn “Live Chat”, li hu disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sal-5.00pm, kif ukoll permezz tas-support feature ‘Virtual Assistant’, disponibbli 24 siegħa kuljum.  Dan kollu jista’ jsir ukoll mill-mowbajl personali tal-klijent, hekk kif l-app ‘HSBCnet Mobile’ hi disponibbli għal kull smartphone iPhone jew android.”

Intant, karatteristika ġdida se jippermetti lill-klijenti jużaw il-mowbajls tagħhom biex jiġġeneraw il-kodiċi ta’ sigurtà tal-HSBCnet meta jilloggjaw fuq il-pjattaforma. B’din l-awtentikazzjoni l-klijenti jistgħu jużaw il-mowbajl tagħhom biex jilloggjaw u jaċċessaw is-servizzi ta’ HSBCnet, minflok jużaw tagħmir ta’ sigurtà fiżiku.

Biex tirreġistra jew għal aktar tagħrif dwar il-pjattaforma HSBCnet u kif toħloq awtentikazzjoni permezz tal-mowbajl, wieħed jista’ jċempel liċ-Ċentru ta’ Kuntatt fuq 2380 8000, iżur https://www.business.hsbc.com.mt/hsbcnet, jew jikkuntattja l-Bank HSBC permezz tal-Live Chat minn fuq HSBCnet.

Biex wieħed jilloggja fuq il-pjattaforma HSBCnet, żur hsbcnet.com

Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta plc.