HSBC UK iwaqqaf cyber-attack fuq l-internet banking tiegħu

Il-Bank HSBC tar-Renju Unit qal li lbieraħ rnexxielu jwaqqaf cyber-attack fuq is-sistema tiegħu tal-internet banking.
Biex dan sar iżda kellu jitwaqqaf is-servizz tal-internet banking għall-klijenti tiegħu.
Fuq Twitter, HSBC Bank UK qal li b’suċċess irnexxielhom jiddefendu s-sistema onlajn tagħhom u li qed jagħmlu ħilithom biex is-servizz tal-internet banking jerġa’ jiġi lura għan-normal.
Kelliem għall-Bank ikkonferma li dan kien attakk li jagħmel lis-sistema inqas effiċjenti u jista’ jaqata’ l-kuntatt man-netwerk billi jitbgħatu eluf ta’ talbiet ta’ komunikazzjoni.