HSBC tisponsorja kategorija ewlenija tal-Malta Journalism Awards

HSBC Malta qed tisponsorja l-kategorija tal-ġurnaliżmu stampat taċ-ċerimonja prestiġjuża tal-Malta Journalism Awards organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, IĠM. Il-premju tal-ġurnaliżmu stampat hu meqjus bħala l-kategorija ewlenija tal-Malta Journalism Awards, li din is-sena qed jiċċelebraw il-25 sena anniversarju.
Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-HSBC Malta, Franco Aloisio ippreżenta l-isponsorship tal-Bank liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright.
“Fl-isfond tal-midja soċjali u l-midja tradizzjonali, ix-xogħol għaqli tal-ġurnalisti tal-istampar qed ikompli jkun ta’ valur soċjali profond minħabba l-abbiltà li għandu li jifforma opinjoni b’kontenut oriġinali. Il-firxa u varjetà ta’ stejjer li qed jirrappreżentaw it-tlett finalisti hu ta’ rikonoxxenza mhux biss għalihom imma wkoll għall-IĠM bħala l-gwardjan tal-ideali tal-ġurnaliżmu,” qal il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-HSBC Malta, Franco Alosio.
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright, qal li “l-Istitut iqis lill-HSBC fost l-imsieħba ewlenin fil-ħidma tiegħu u fl-organizzazzjoni tal-Awards – hu propju għalhekk li f'okkażjoni bħal din l-IĠM jirringrazzja formalment u pubblikament lill-Bank għall-fiduċja tiegħu.”
Il-finalisti ta’ kategorija tal-ġurnaliżmu stampat, skont l-IĠM, huma Joe Mikallef, Matthew Vella, u Victor Vella.
Ir-rebbieħa tal- Malta Journalism Awards se jitħabbru nhar l-10 ta’ Lulju waqt ċerimonja organizzata mill-IĠM fi SmartCity Malta.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt