HSBC se jkeċċi mal-25,000 ħaddiem minn madwar id-dinja

Il-bank HSBC mistenni jnaqqas in-numru ta’ ħaddiema b’25,000 minn madwar id-dinja kollha. Huwa stmat, li minn dawn l-impjiegi, mat-8,000 se jintilfu fir-Renju Unit.
Din se tkun waħda mill-inizjattivi li se jieħu Stuart Gulliver, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, f’attentat biex inaqqas l-infieq tal-kumpanija.
Minn kemm ilu fit-tmun tal-kumpanija, Gulliver diġa’ naqqas il-ħaddiema minn 296,000 għal 257,000.
Huwa mistenni li jagħlqu għadd ta’ fergħat tal-bank fosthom f’seba’ swieq prominenti għall-kumpanija.
Fost dawn hemm inkluż ukoll, fergħat fir-Renju Unit fejn il-bank iħaddem kważi 50,000 persuna.