HSBC se jiftaħ mill-ġdid aktar fergħat

Read in English.

Mit-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2020, l-HSBC Malta se jkun qed jiftaħ mill-ġdid il-fergħat f’Birkirkara, fis-Swieqi (bla kaxxiera) u fiż-Żejtun, biex jikkumplimenta l-ħames fergħat li baqgħu miftuħin matul it-tixrid tal-COVID-19. Il-fergħat se jerġgħu jħaddmu s-servizzi tagħhom, inkluż dak tal-Wealth Management, skont il-ħinijiet normali tal-ftuħ tal-fergħat.

Matul il-kriżi tal-COVID-19, l-HSBC Malta kompla joffri servizzi permezz ta’ ħames fergħat prinċipali fil-Belt Valletta, fil-Mosta, f’Tas-Sliema, f’Raħal Ġdid u fir-Rabat, Għawdex.

Il-Kap Eżekuttiv Designate tal-HSBC Malta, Simon Vaughan Johnson, qal: “Hekk kif il-pajjiż qed jibda joħroġ mir-restrizzjonijiet imposti mit-tixrid tal-COVID-19, l-HSBC qed jibda jiftaħ numru ta’ fergħat biex ikompli jipprovdi l-aħjar servizzi possibbli lill-klijenti tagħna.  Il-Bank implimenta l-protokolli meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà kontinwa tal-klijenti u tal-impjegati kollha tagħna, u dan għalina jibqa’ ta’ prijorità.  Aħna nkomplu ninkoraġġixxu lill-klijenti biex jużaw is-soluzzjonijiet diġitali tal-HSBC għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom.  Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nesprimi l-gratitudni sinċiera tiegħi lill-kollegi front liners tagħna għad-dedikazzjoni, għar-reżiljenza u għall-flessibbiltà tagħhom matul dawn iż-żminijiet straordinarji.”

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tal-HSBC Malta huma bejn it-08:30 u s-13:30 mit-Tnejn sal-Ħamis, mit-08:30 sal-16:30 nhar ta’ Ġimgħa u mit-08:30 san-12:30 nhar ta’ Sibt.

Il-Bank ifakkar lill-klijenti li l-maġġoranza tas-servizzi bankarji jistgħu jintużaw bl-użu ta’ Karti ta’ Kreditu u Debitu, permezz tal-Mowbajl, tal-Internet u ta’ servizzi minn ATMs u Magni ta’ Debitu.

Għal appuntamenti jew aktar tagħrif, klijenti huma mħeġġin jikkuntattjaw liċ-Ċentru ta’ Kuntatt tal-HSBC Malta fuq 2380 2380, jew billi jżuru hsbc.com.mt

Dan il-kontenut hu mwassal minn HSBC.