HSBC Malta u l-MUBE jilħqu ftehim dwar remote working

Read in English.

HSBC Bank Malta p.l.c. u l-Malta Union of Bank Employees (MUBE) iffirmaw ftehim dwar remote working għall-benefiċċju tal-partijiet kollha interessati.

Dan il-ftehim ikopri l-aspetti kollha tar-remote working, inkluż il-forniment tal-għodod meħtieġa, il-miżuri ta’ sigurtà u privatezza, u l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà li huma meħtieġa għall-benesseri tal-impjegati li qed jaħdmu b’mod remot. Il-ftehim iwassal għal mudell tax-xogħol aġġornat għall-ħtiġijiet ta’ suq tax-xogħol dinamiku, tal-klijenti u tal-komunità, li dejjem qed jinbidlu.  

Il-qafas il-ġdid se jintroduċi aktar flessibbiltà u aġilità, filwaqt li jtejjeb l-effiċjenza u l-produttività, u b’hekk joħloq ambjent tax-xogħol aktar pożittiv, sostenibbli u bbilanċjat għall-impjegati.

Il-ftehim jirregola d-diversi aspetti u termini relatati mar-remote working u b’hekk jiżgura arranġamenti ġusti u ekwi għall-impjegati kollha.  L-HSBC se jiżgura li l-impjegati se jibqgħu jkollhom aċċess għal taħriġ biex jiggwidahom għal remote working effettiv, inkluż kif jippjanaw, jorganizzaw u jikkollaboraw ma’ oħrajn, minkejja li jkunu fiżikament ’il bogħod mill-uffiċċju.

Simon Vaughan Johnson, Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, qal: “Dan hu pass kbir ’il quddiem, hekk kif il-bank ifittex li jtejjeb il-modi ta’ ħidma għall-benefiċċju kemm tal-impjegati, kif ukoll tal-klijenti tagħna.  Ir-remote working policy kienet ifformulata b’reazzjoni għall-pandemija COVID-19, fejn fi ftit ġimgħat wasalna sabiex aktar minn 80% tal-kollegi tagħna jkunu jisgtħu jaħdmu mid-dar. Ix-xogħol mid-dar joffri ħafna benefiċċji f’termini ta’ benesseri u għandu wkoll impatt materjali pożittiv fuq l-ambjent. Għalhekk ħassejna li kien importanti li tkun implimentata policy, bl-appoġġ tal-MUBE, li ttejjeb b’mod tanġibbli u fit-tul il-modi ta’ ħidma għall-benefiċċju kemm tal-impjegati tagħna, kif ukoll tal-klijenti.”

William Portelli, President tal-MUBE, qal: “B’qafas uffiċjali tar-remote working issa fis-seħħ, li jikkumplimenta l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ arranġamenti flessibbli u miżuri oħra li diġà qed ikunu applikati fil-post tax-xogħol, il-ftehim jipprovdi diversi għażliet kemm għall-HSBC, kif ukoll għall-impjegati li jistgħu jibbenefikaw minnhom.  Filwaqt li l-arranġament attwali se jevolvi maż-żmien, dan juri ukoll b’mod ċar il-possibbiltà ta’ kollaborazzjoni utli kontinwa mal-maniġment fit-tfittxija għal modi innovattivi ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja soċjali, li hi parti essenzjali tal-kunċett Smart Working.”

Din l-informazzjoni twasslet minn HSBC Malta plc.