HSBC Malta tniedi HSBC Premier imġedded

Read in English.

Il-Bank HSBC Malta ġedded il-proposta tiegħu ta’ HSBC Premier fejn qed joffri pakkett sħiħ ta’ servizzi u għodod ta’ appoġġ biex jgħinu lill-klijenti jamministraw il-ġid personali tagħhom, minn benefiċċji esklussivi u rati preferenzjali għal appoġġ 24 siegħa minn esperti ddedikati. Il-bank adatta din l-offerta għall-ħtiġijiet tal-klijenti li kontinwament qed jevolvu u fil-fatt il-proposta aġġornata tibni fuq ir-reazzjonijiet tal-klijenti li fittxew enfasi akbar fuq il-familja u fuq kif il-bank jista’ jappoġġja stil ta’ ħajja aktar flessibbli.

Il-fatturi l-ġodda inkorporati f’HSBC Premier jinkludu l-estensjoni tal-benefiċċji sħaħ tal-proposta għal tfal adulti ta’ klijenti Premier hekk kif jilħqu t-18-il sena, sa meta jagħlqu 29 sena, is-simplifikazzjoni tar-Rewards Programme, u l-introduzzjoni ta’ polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja li tipprovdi kopertura addizzjonali għal kwalunkwe bilanċ ta’ debitu sa €7,500 għad-detentur tal-karta sa meta jagħlqu 66 sena.

Barra minn hekk, HSBC Malta qed testendi wkoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal HSBC Premier u tagħmilha disponibbli mingħajr ħlas għal dawk il-klijenti li għandhom HSBC Home Loan waħedhom ta’ €300,000 jew €400,000 HSBC Home Loan konġunt. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà pre-eżistenti, jiġifieri minimu ta’ €70,000 f’investimenti jew tfaddil u dħul uniku ta’ €50,000 jew dħul konġunt ta’ €75,000 ikkreditat f’kont HSBC, jibqgħu fis-seħħ.

Crawford Prentice, Kap tal-Wealth u Personal Banking ma’ HSBC Malta, qal: “Waqt li qed inġeddu HSBC Premier, ħadna l-fatt li l-ħajja tal-klijenti tagħna qed tinbidel. It-teknoloġija, b’mod partikolari, qed tippermetti flessibilità akbar tax-xogħol u tiftaħ opportunitajiet ġodda għan-nies biex iqattgħu iktar ħin ta’ kwalità ma’ dawk li jħobbu. Il-benefiċċji l-ġodda li introduċejna, fil-fatt, huma mfassla speċifikament biex jappoġġjaw lill-klijenti biex jirrealizzaw opportunitajiet bħal dawn.”

Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta plc