HSBC Malta jiffoka fuq finanzjament sostenibbli

Ritratt: HSBC Malta organizza għadd ta’ avvenimenti virtwali għall-komunità kummerċjali Maltija, fejn wieħed minnhom kellu l-isem ta’ “Investiment Sostenibbli – Fatturi Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)”

Read in English.

Il-fatturi Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) f’deċiżjonijiet ta’ investiment, kif ukoll l-aċċess għall-finanzi involuti fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji nodfa dejjem qed isiru aktar importanti. Dawn kienu wħud mit-temi ewlenin eżaminati matul ix-xahar li għadu kif intemm, iddedikat mill-HSBC għall-Finanzi Sostenibbli.

Bħala parti minn din l-inizjattiva globali tal-Grupp HSBC, l-HSBC Malta organizza għadd ta’ avvenimenti virtwali għall-komunità kummerċjali Maltija.  Fost dawn, webinar bl-isem ta’ “Investiment Sostenibbli – Fatturi Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)” ta ħarsa dettaljata lejn is-seba’ strateġiji ewlenin għall-Investiment Responsabbli.  Dawn jinkludu kif l-investituri jistgħu janalizzaw il-politki u l-impatt tan-negozji u l-fondi ta’ investiment, f’firxa ta’ fatturi soċjali u ambjentali.  L-avveniment, immexxi minn Konrad Borg Myatt, Kap Eżekuttiv tal-HSBC Global Asset Management (Malta) Ltd., enfasizza wkoll il-modi li bihom l-HSBC se jkun minn ta’ quddiem biex jintegra l-fatturi ESG fl-immaniġġjar tal-investiment.

Id-diskussjoni dwar il-fatturi ESG kienet segwita minn preżentazzjoni dwar is-self ekoloġiku (green loans) u kif jista’ jintuża għall-finanzjament ta’ prodotti u servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jiffrankaw l-enerġija, kemm għall-użu personali, kif ukoll għal dak kummerċjali. Id-diskussjoni kienet immexxija minn John Ghigo, Kap tas-Self lill-Konsumatur (Consumer Lending) tal-HSBC Malta.

Simon Vaughan Johnson, Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, qal: “Il-fatturi ambjentali u soċjali huma kwistjonijiet importanti ħafna għall-maġġoranza tal-investituri u aktar minn darba huma muturi ewlenin li jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ investiment.  L-Investiment Responsabbli ċertament mhuwiex kunċett ġdid fl-HSBC u nirrikonoxxu li hemm opportunità eċċellenti għalina lkoll biex ‘Nerġgħu Nibnu Aħjar’ (Build Back Better) u biex ninkoraġġixxu aktar it-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.”

Fiona Captur, Kap Eżekuttiv ta’ JAYE Malta Foundation, li attendiet għall-webinar, qalet: “Hekk kif il-ħidma ta’ JAYE hi allinjata sew mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda, dan il-webinar poġġa l-attenzjoni fuq ESG f’termini ta’ kontenut ta’ valur, direttament relatat mal-istruttura tal-programmi tagħna.  Barra minn hekk, fhimt aħjar il-perspettiva tal-HSBC rigward l-opportunitajiet ta’ investiment potenzjali għat-timijiet StartUp tagħna.”

Il-prestazzjoni tal-passat mhix garanzija all-futur.

HSBC p.l.c. (public limited company) hi rregolata mill-Awtorità Maltija as-Servizzi Finanzjarji u liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment f’termini tal-Att Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-Att dwar is-Servizzi taInvestiment (Kap.370. tal-Liġijiet ta’ Malta).

HSBC Global Asset Management (Malta)Limited hu kumpanija b’responsabbiltà legali limitata (limited liability company) liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta’ investiment mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji skont l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment.

Din l-informazzjoni twasslet minn HSBC Malta.