HSBC Malta jerġa’ jiftaħ il-fergħa taż-Żurrieq

Mil-lum it Tnejn 20 ta’ Lulju 2020, l-HSBC Malta reġa’ jiftaħ il-fergħa taż-Żurrieq, li ma jinkludix is-servizz tal-kaxxiera. 

Il-ftuħ mill-ġdid tal-fergħa taż-Żurrieq isegwi dak ta’ tliet fergħat oħra f’Birkirkara, fis-Swieqi u fiż-Żejtun li flimkien se jikkumplimentaw il-ħames fergħat prinċipali li baqgħu miftuħin fil-Belt Valletta, fil-Mosta, f’Tas-Sliema, f’Raħal Ġdid u fir-Rabat (Għawdex) matul il-pandemija COVID-19.

Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, Simon Vaughan Johnson, qal: “Is-sitwazzjoni f’Malta għalissa stabbilizzat ruħha u t-tneħħija tal-miżuri, flimkien ma’ għadd baxx ta’ każijiet attivi, qed jippermettulna li bil-mod il-mod nerġgħu niftħu numru ta’ fergħat. Aħna konxji tal-ħtieġa li jkollna l-protokolli meħtieġa fis-seħħ, għalhekk qed nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex niżguraw is-sigurtà kontinwa tal-klijenti u l-impjegati tagħna.”

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tal-HSBC Malta huma bejn it-8:30 u s-13:30 mit-Tnejn sal-Ħamis, mit-8:30 sal-16:00 nhar ta’ Ġimgħa u mit-8:30 san-12:30 nhar ta’ Sibt.

HSBC Malta jinkoraġġixxi lill-klijenti biex jaċċessaw is-servizzi bankarji permezz ta’ Karti ta’ Kreditu u Debitu, u mezzi alternattivi bħall-Mowbajl, Internet, ATMs u Magni tad-Depożitu. 

Għal aktar tagħrif, agħfas hawn.