HSBC Malta jappoġġja l-inizjattiva Gift of Therapy tal-Fondazzjoni Richmond

Read in English.

HSBC Malta qed jappoġġja l-inizjattiva Gift of Therapy tal-Fondazzjoni Richmond b’donazzjoni ta’ €5,000.

L-inizjattiva Gift of Therapy tipprovdi sessjonijiet ta’ terapija b’xejn lil persuni fil-komunità li jenħtieġu tali appoġġ, iżda li ma jkunux jistgħu jħallsu għaliha.  L-inizjattiva tnediet mill-ġdid wara żieda sinifikanti fid-domanda għas-servizzi tal-Fondazzjoni matul il-kriżi COVID-19. Minkejja l-ambjent diffiċli, il-Fondazzjoni u l-impjegati tagħha komplew jipprovdu servizzi lil persuni fil-bżonn ta’ appoġġ għal benesseri tagħhom.

Din id-donazzjoni tkompli tibni fuq il-kollaborazzjoni kontinwa tal-HSBC Malta mal-Fondazzjoni Richmond, li tipprovdi servizzi b’xejn tas-saħħa mentali u tal-benesseri lil aktar minn 2,000 persuna fis-sena f’Malta u Għawdex.

Stephania Dimech Sant, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, spjegat: “Aħna napprezzaw immens dan il-ġest ta’ qalb tajba mill-HSBC u nemmnu li dan aktar jgħaqqad flimkien ir-relazzjoni ta’ valur li bnejna bejnietna matul is-snin.  COVID-19 kellu impatt sinifikanti fuq Richmond, kif jidher mill-fatt li l-helpline tagħna 1770, minn 200 telefonata fix-xahar  bdiet tirċievi 500 telefonata fil-ġimgħa.  Biex inwasslu l-appoġġ professjonali meħtieġ lil kull min għandu bżonn f’Malta u Għawdex, dan jirrikjedi kemm nies u kif ukoll flus, u għalhekk nittamaw li din id-donazzjoni sservi wkoll biex tħeġġeġ lil oħrajn jikkontribwixxu għall-inizjattiva tagħna Gift of Therapy.”

Caroline Buhagiar Klass, Kap tal-Human Resources and Corporate Sustainability tal-HSBC Malta, qalet: “HSBC dejjem apprezza ħafna r-relazzjoni mal-Fondazzjoni Richmond u aħna  se nkomplu nappoġġaw din l-organizzazzjoni.  Nirrikonoxxu l-impatt pożittiv tat-terapija professjonali u tal-appoġġ għall-benesseri u ninsabu kuntenti li nistgħu nipprovdu assistenza lill-inizjattiva Gift of Therapy tal-Fondazzjoni għall-benefiċċju tan-nies fil-komunità.”

Din l-informazzjoni twasslet minn HSBC.