​HSBC l-ewwel bank f’Malta bi pjan ta’ pensjoni għall-impjegati tiegħu

HSBC Malta qal li se jkun l-ewwel bank ewlieni f’Malta li qed iħabbar pjan ta’ pensjoni għall-impjegati tiegħu.
Fi stqarrija HSBC Malta qal li dan qed isir b’kollaborazzjoni mal-Union tal-Impjegati tal-Banek ta' Malta l-MUBE.
Il-Bank spjega li dan il-pjan se joħloq mod effiċjenti biex l-impjegati jġemmgħu l-flus għall-irtirar tagħhom.
Tkellem dwar dan il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Bank Malta, Andrew Beane li sostna kemm l-importanza għall-Bank il-ħarsien finanzjarju tal-impjegati tiegħu. Il-Bank qal li se jkun qed jagħti l-istess kontribuzzjoni finanzjarja li se jkunu qed jagħtu l-impjegati, biex il-fondi jiġu investiti permezz ta' HSBC Life Assurance Malta Ltd.
Iktar dettalji dwar il-pjan ta’ pensjoni tal-impjegati se jkun qed jingħata permezz ta’ komunikazzjonijiet interni.