HSBC jospita webinar esklussiv dwar il-kummerċ wara l-Covid-19

Read in English.

HSBC Malta stiednet lill-klijenti tan-negozju għal webinar esklussiv intitolat “Sharing Corporate Experience. Isma’ mill-Asja ”. Il-webinar, li se jsir nhar l-Erbgħa 10 ta’  Ġunju 2020 fil-11:00 am, se jinkludi grupp ta’ esperti mill-Asja, fejn jiddiskutu l-fażi tal-ftuħ mill-ġdid u r-rwol tas-sostenibbiltà fir-restawr tat-tkabbir fir-reġjun kollu. Dan il-webinar se jkun ospitat minn Tim Reid, Kap Globali tat-Tranżazzjonijiet Bankarji ta’ HSBC.

Il-katini ta’ provvista ġew affettwati b’mod sinifikanti mill-għeluq tal-fruntieri u tal-fabbriki hekk kif COVID-19 ikompli jevolvi. Kumpaniji fl-Asja-Paċifiku, b’bażijiet kbar ta’ manifattura fiċ-Ċina kontinentali u fl-Asja t’Isfel u fix-Xlokk, qed jiffaċċjaw deċiżjonijiet kumplessi dwar kif se jħarsu n-negozji tagħhom waqt li jappoġġjaw l-operazzjonijiet matul dan iż-żmien ta’ sfida. It-teżoriera fl-Asja wkoll qegħdin jaħdmu fuq l-istrateġiji reġjonali tagħhom tat-teżor, il-konservazzjoni tal-likwidità u l-aggregazzjoni tal-likwidità lokali.

Webinar Uniku

Joyce Grech, Kap tal-Kummerċ Bankarju ta’ HSBC Malta qalet: “Dan huwa webinar uniku fejn il-klijenti jistgħu jisimgħu direttament minn kumpaniji oħra fl-Asja dwar l-esperjenzi tagħhom stess. Il-bord jinkludi kelliema esperti bħal Munish Kaushal, Direttur tal-Finanzi taż-Żona għall-Asja tax-Xlokk u tat-Tajwan fil-Kura tas-Saħħa tal-Konsumatur tal-GSK. Munish se jaqsam l-esperjenza tal-GSK kif immaniġġja n-negozju matul il-pandemija. Permezz tas-smigħ ta’ esperjenzi bħal dawn, il-klijenti tagħna jkunu jistgħu jiksbu għarfien siewi.”

Dan il-webinar huwa parti minn serje ta’ webinars “HSBC Europe: Navigazzjoni tan-Norma l-Ġdida ”. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra għall-webinar “Qsim ta’ Esperjenza Korporattiva. Isimgħu mill-Asja” wieħed għandu jżur https://www.brighttalk.com/webcast/17850/413706