HSBC jappoġġja nisa vulnerabbli biex ifakkar Jum il-Mara

HSBC

Bi tħejjija għal Jum il-Mara, l-HSBC Bank Malta u l-HSBC Global Services (UK) Limited, b’din tal-aħħar tkun l-entità li tmexxi ċ-Ċentru ta’ Kuntatt fis-Swatar, ikkordinaw il-ġbir ta’ toiletries għal nisa vittmi ta’ vjolenza, nisa li jsofru minn problemi ta’ saħħa mentali u dawk li jinsabu bla saqaf fuq rashom.  Din hi t-tielet sena konsekuttiva li fiha ż-żewġ entitajiet tal-HSBC addottaw dan il-metodu immedjat u sostenibbli biex jappoġġjaw din il-parti sofferenti tas-soċjetà.

Donna Falzon, kap tas-sit tal-HSBC Global Services (UK) Ltd, qalet:  “Kien hemm bżonn kbir ta’ prodotti ta’ kura għal nisa vulnerabbli.  Oġġetti bħal shampoos, shower gels, sapun għall-ħasil tal-idejn u tal-wiċċ, toothbrushes, toothpaste, shaving blades, oġġetti sanitarji, deodoranti, facecloths, oġġetti kożmetiċi, fwejjaħ, u kremi għall-ġisem kienu meħtieġa, flimkien ma’ oġġetti oħra għad-dar.  Din il-kollaborazzjoni annwali bejn l-HSBC Bank Malta u l-HSBC Global Services (UK) Ltd għenet diversi nisa u adolexxenti, li tassew għandhom bżonn l-appoġġ tagħna biex jimxu ’l quddiem f’ħajjithom.”

L-oġġetti miġbura tqassmu fost aktar minn 160 mara u tfajla fi djar u xelters bħal Fondazzjoni Dar Il-Hena – Dar Maria Dolores and REACH Residential, Dar Tereza Spinelli, Dar Imelda, Correctional Services Agency Malta, Angel Tree Club Malta, Dar Merħba Bik – Dar Bakhita, St. Jean Antide Foundation, Għabex Domestic Violence Emergency Shelter, YMCA, Villa Rubery and Life Network Foundation Malta.