Ħsarat fis-sistema li tiġbor l-ilma fit-Telgħa T’Alla u Ommu

Instabu ħsarat estensivi fis-sistema li tiġbor l-ilma tal-maltemp fiż-żona ta’ T’Alla u Ommu waqt ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tas-sistema li bdew fil-ġranet li għaddew.
Instab li parti kritika mis-sistema, li tinsab taħt it-triq, ikkollassat kompletament.
Transport Malta se tgħaddi pajpijiet ġodda u se tibni parti mis-sistema mill-ġdid. Ix-xogħlijiet, għaldaqstant, se jieħdu iżjed żmien milli kien imħabbar oriġinarjament. 
It-Telgħa T’Alla u Ommu se tibqa’ magħluqa sa nhar il-Ħamis 4 ta’ Frar.
Il-vetturi se jgħaddu minn Triq Burmarrad u minn Triq il-Kosta.
L-Awtorità tiskużaw ruħha għal kull inkonvenjent.