Ħsarat fis-servizz tal-GO fin-Nofsinhar ta’ Malta

Facebook

In-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta qed tesperjenza ħsarat fis-servizz tal-GO minħabba ħsara estensiva li saret fl-infrastruttura tal-kumpanija fiż-Żejtun.

Fuq Facebook, il-kumpanija spjegat li saritilha ħsara minn terzi persuni, u b’hekk is-servizzi kollha fiż-Żejtun, fiż-Żurrieq, f’Ħal Għaxaq, fl-Imqabba, fil-Qrendi, f’Ħal Safi, f’Ħal Kirkop, f’Ħal Għaxaq u forsi f’xi rħula viċin, ġew affettwati.

It-tim tekniku tal-GO beda bit-tiswijiet meħtieġa. Il-kumpanija għadha ma tistax tgħid meta s-servizz se jerġa’ lura għan-normal.

During the past couple of hours, GO has unfortunately experienced extensive damage to its cable infrastructure following…

Posted by GO on Tuesday, September 22, 2020