Ħsara ta’ siegħa tiswa miljun dollaru għal Facebook

Hekk kif nhar il-Ġimgħa għal ħabta tas-6pm, is-sit soċjali Facebook għamel madwar siegħa wieqaf, huwa kkalkulat li din il-ħsara ħalliet danni ta' ftit iktar minn miljun dollaru.
Is-sit soċjali huwa rrapurtat li jdaħħal mal-20,700 dollaru Amerikan kull minuta minn reklamar. Dan ifisser li madwar 1,200,000 dollaru intilfu mill-kumpanija ta' Mark Zuckerberg f'madwar siegħa li għamel wieqaf.
L-awtoritajiet f'Los Angeles qalu li saħansitra kien hemm min għamel rapport lill-Pulizija dwar il-waqfien ta' Facebook.