Ħsara f’vapur; “iktar stennija fil-kju”

Daniel Cilia

Dawk li llejla qasmu l-fliegu esperjenzaw dewmien iktar mis-soltu minħabba ħsara fir-rampa tal-vapur MV Malita.

Il-fotografu Għawdxi Daniel Cilia tella’ wkoll ritratt fuq Facebook tiegħu, fejn qal li għall-ħabta tad-8.45pm il-kju għall-vapur kien sa Għajnsielem minħabba li l-vapur MV  Malita ma kienx qed jiffunzjona.  Insista li l-Għawdxin u l-Maltin lil jużaw is-servizz tal-Gozo Channel jibku għar-raba’ vapur.

Ma’ Newsbook.com.mtCilia qal li hu kien ilu jistenna fil-kju mis-7pm u rikeb fuq il-vapur ftit wara d-9pm. Speċifika li fis-7pm kien ħdejn l-entratura ta’ Bethlehem f’Għajnsielem. Stqarr li dak il-ħin, il-krejnijiet kienu għadhom qed jagħmlu x-xogħol ta’ tiswija fuq il-vapur.

Madanakollu, rappreżentant tal-Gozo Channel qal ma’ Newsbook.com.mt li “kull ma ġara kellu xi ħsara imma issa m’hemm xejn”. Żied jgħid li ma baqax kju. Filwaqt li l-marshalling area tidher nofsha vojta, il-krejnijiet għadhom fuq il-post.

Id-dewmien u l-istennija għall-vapur tqanqal numru ta’ reazzjonijiet minn żmien għall-ieħor. Min jippreferi li Għawdex ikollu r-raba’ vapur, ħafna jinsistu dwar il-mina bejn iż-żewġ gżejjer, filwaqt li fil-Parlament din il-ġimgħa reġgħet dwiet ukoll il-possibilità ta’ ħelikopter bejn Malta u Għawdex.

“Fi stadju avvanzat” – Il-Ministru dwar ħelikopter bejn Malta u Għawdex

At the moment the car queues are once again up to Ghajnsielem because MV Malita ferry is at the moment out of order….

Posted by Daniel Cilia on Thursday, December 13, 2018

Nathan Camilleri