Ħsara f’diversi toroq minħabba l-maltemp

Transport Malta tinsab tevalwa ħsarat f’diversi toroq li kienu kkawżati sforz il-maltemp.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li din il-ħsara hi priorità u għalhekk ix-xogħol se jsir minn grupp ta’ kuntratturi li jieħdu ħsieb xogħol ta’ emerġenza.
Dalgħodu l-pont ta’ taħt il-bypass ta’ Birkirkara ġarrab ħsarat minn vettura. Ix-xogħol ta’ tiswija se jibda immedjatament.