Ħsara f’ċinturin tal-bagalji fiċ-check-in tal-ajruport

Ħsara f’wieħed miċ-ċinturini tal-bagalji waqqfet għal xi ħin l-andament taċ-check in fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Kelliema għall-Ajruport qalet ma’ Newsbook.com.mt, li l-waqfa kienet qasira.  Żiedet tgħid li l-bagalji kollha għaddew mill-proċess tas-sigurtà kif normalment isir, permezz ta’ ċinturin supplimentari.
Spjegat li l-ħsara teknika ssewwiet f’temp qasir, tant li t-titjiriet ma ġewx affettwati.
Ritratt: Arkivji