Ħsara f’cable tħalli n-nofsinhar ta’ Malta bla dawl

Ħsara f’cable tad-dawl wassal biex partijiet minn lokalitajiet fin-nofsinhar ta’ Malta spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku.
Kelliem għal Enemalta ikkonferma li l-provvista tad-dawl inqatgħet għal ħabta tat-8:15am u ġiet lura għan-normal wara madwar siegħa.
Fost il-lokalitajiet affetwat kien hemm partijiet mill-Gudja, iż-Żejtun, Qrendi, Ħal Kirkop u Bormla.