Ħruġ ġdid b’irkant ta’ stock tal-Gvern

Read in English.

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €200,000,000 Stock tal-Gvern soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €100,000,000.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Finanzi qal li dan se jsir:

  1. 0.30% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2024 (IV); u
  2. 0.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2026 (II) Fungibility Issue (F.I.); u
  3. 1.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2031 (II) Fungibility Issue (F.I.); jew
  4. f’ammonti mit-tliet Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €200,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa 29 ta’ April 2020 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta it-28 ta’ April 2020 li tkun tikkonsisti minn spread indikattiva fuq ir-rati tal-euro mid-swap relevanti li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.30% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2024 (IV), taż-0.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2026 (II) u tal-1.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2031 (II).

Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.