Ħruġ ġdid bi rkant ta’ stock tal-Gvern b’rata ta’ mgħax fissa

Read in English.

L-Accountant General ħabbar il-ħruġ ta’ €200,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €100,000,000 oħra kif ġej:

  1. 0.75% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2025 (III); u
  2. 1.85% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III) Fungibility Issue (F.I.); jew
  3. f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €200,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti bi rkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Ġimgħa 3 ta’ April 2020 fit-8.30 am u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti bi rkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar il-Ħamis it-2 ta’ April 2020 li tkun tikkonsisti minn spread indikattiva fuq ir-rati tal-euro mid-swap relevanti li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.75% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2025 (III) u tal-1.85% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III).

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.