Ħruġ ġdid bi rkant ta’ Stock tal-Gvern b’rata ta’ mgħax fissa

Migrant boat

L-Accountant Ġenerali ħabbar il-ħruġ ta’ €150,000,000 Stock tal-Gvern soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €100,000,000 oħra kif ġej: 

(i) 0.50% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (IV); u

(ii) 0.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (III); u

(iii) 1.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2031 (II) Fungibility Issue (F.I.); jew

(iv) f’ammonti mit-tliet Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €150,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti bi rkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa 8 ta’ Lulju fit-8.30 am u jagħlqu f’12pm tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant Ġenerali.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ email fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, il-Furjana. 

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti bi rkant. 

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor. 

L-Accountant Ġenerali se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta is-7 ta’ Lulju li tkun tikkonsisti minn spread indikattiva fuq ir-rati tal-ewro mid-swap relevanti li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.50% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (IV), taż-0.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (III) u tal-1.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2031 (II).

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.