It-tarbija abbandunata l-isptar għall-osservazzjoni

It-tarbija qed tinżamm l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni filwaqt li l-Maġistrat inkwerenti ħatar lill-manager taċ-Child Protection Services Steve Libreri biex jgħinu fl-inkjesta.

Tħabbar ukoll li se jkun hemm care order fuq it-tarbija u se titpoġġa f’istituzzjoni. Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud. Għaddejja wkoll kordinazzjoni mill-Maġistrat inkwerenti, mill-Ispettur Godwin Scerri u mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) Alfred Grixti.

Is-Surġent tal-Pulizija li sab lit-tarbija abbandunata, issa msemmija Cristiano, f’Buġibba lbieraħ, qal kemm il-Maltin għandhom qalb kbira wara li ħadu numru ta’ ħrieqi, ħalib u affarijiet oħra l-għassa għaliha.

Thanks for everyone of you who contributed and still contributing to help baby Christiano. You all have a big heart. God bless you all.

Posted by Glen JP C on Saturday, September 8, 2018

Is-Surġent qal kemm kienet sitwazzjoni ta’ diqa u ta’ biki, iżda kemm hu grat illi ċ-ċkejken Cristiano jinsab qawwi u sħiħ.

A new experience while on duty. It was a sad situation but thanks god baby Christiano is healthy and strong. If you have…

Posted by Glen JP C on Friday, September 7, 2018