Aġġornata: Ħrieqi għall-persuni b’diżabilità m’għadhomx out of stock

Persuni anzjani jew b’diżabilità huma intitolati li jingħataw ħrieqi b’xejn bl-għajnuna ta’ servizz offrut mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani.
Madankollu omm ta’ persuna b’diżabilità qalet ma’ Newsbook.com.mt li fl-aħħar jiem kellha tidħol fi spejjeż kbar hekk kif il-ħrieqi kienu out of stock. L-omm spjegat li pakkett li jiswa €8.65 kien iserviha biss jumejn.
Mistoqsi dwar dan, iċ-Ċermen tal-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, qal li l-KNPD ma kienx konxju tas-sitwazzjoni u dan għaliex is-servizz huwa mogħti mid-Dipartiment tal-Anzjani.
Wara din l-aħbar, il-KNPD vverifika u qal ma’ Newsbook.com.mt li l-ħrieqi out of stock kienu dawk ta’ daqs medju u li issa m’għadhomx out of stock.
Il-problema ġiet indirizzata
Ftit siegħat wara li Newsbook.com.mt ippublika din l-istorja, is-Segretarjat Parlamentaru għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, bl-għajnuna mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-komunità solva din il-problema.