Housing: Proġett speċjali għall-anzjani

Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar diversi miżuri dwar il-housing, fosthom proġetti speċjali fejn isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq appartamenti b’żewġt jew tlitt ikmamar skont il-bżonnijiet ta’ anzjani, sabiex żewġ jew tliet anzjani jgħixu fl-istess fond flimkien u jkunu ta’ wens ta’ xulxin.

Miżura oħra li tispikka hija ta’ self mingħajr interessi sa €17,500 għal żgħażagħ, meta jixtru l-proprjetà tagħhom. Is-self irid jitħallas fi żmien 15-il sena.

Miżuri oħra:

·       Minn għada, kull kuntratt li jsir fuq xiri ta’ propjetà taħt l-iskema tal-first time buyers, se jkunu eżentati mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €175,000 minflok fuq l-ewwel €150,000.

·       3 proġetti ta’ housing soċjali li se joffru 2,400 post ġdid

·       Se ssir estensjoni ta’ skemi eżistenti:

·       Tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-first time buyers u għas-second time buyers

·       Tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq xiri ta’ propjetà vakanti fl-Urban Conversation Areas

·       Tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq xiri ta’ proprjetà f’Għawdex

·       Skemi ta’ rifużjoni ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr.