​Hotline fl-Italja għal persuni eliġibbli għall-protezzjoni

L-Uffiċċju Ewropew tal-Ażil (EASO) nieda numru tat-telefon biex tingħata informazzjoni dwar il-programm ta’ rilokazzjoni tal-Unjoni Ewropea għal persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali u bħalissa jgħixu l-Italja.
Fi stqarrija ġie spjegat li dan il-hotline irid iwassal il-messaġġ li r-rilokazzjoni hi l-mod sigur u legali biex persuna tasal f’pajjiż Ewropew ieħor mill-Italja.
L-esperti tal-hotline se joffru informazzjoni wkoll dwar l-istatus tal-applikazzjoni kif ukoll dwar il-proċedura għall-familji biex jingħaqdu flimkien.
EASO Hotline fl-Italja, +39 345 40 57 316, jipprovdi servizz bit-Taljan, l-Ingliż, it-Tigrinja u –Għarbi.
Hemm hotline fil-Greċja, + 306944829138, b’servizz bl-Għarbi, il-Farsi u l-Kurd.