Hotline biex jgħin lill-għaqdiet volontarji

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat nieda hotline bin-numru 79481120 biex jgħin 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, biex jgħin lill-għaqdiet volontarji.

Minkejja li kien qed jagħti s-servizzi tiegħu b’mod remot, il-Kunsill nieda diversi inizjattivi biex fiċ-ċirkostanzi preżenti minħabba l-imxija tal-COVID 19, li qed tolqot ukoll lis-settur tal-volontarjat, ikun f’pożizzjoni li jassisti kemm lis-settur tal-volontarjat kif ukoll lill-pubbliku.

Tnieda wkoll help desk online, li wieħed jista’ jaċċessa kemm direttament permezz tal-link http://support.maltacvs.org/ jew billi jidħol fis-sit tal-kunsill, www.maltacvs.org, fejn jista’ jsib il-buttuna ‘Help Desk’ fuq fin-naħa tal-lemin fil-banner.

Dan is-servizz jilqa’ kemm mistoqsijiet ġenerali kif ukoll speċifikament fuq il-fondi u s-servizzi li joffri dan il-kunsill. Dawn il-mistoqsijiet jgħaddu direttament lill-uffiċjal responsabbli b’mod awtomatiku u jkunu mwieġba f’inqas minn 24 siegħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn