Ingredjenti għall-cupcakes
175g dqiq self-raising
2 kuċċarini mixed spice
nofs kuċċarina baking powder
175g zokkor ismar
100g lewż midħun
3 bajdiet
175g butir imdewweb
tliet kwarti meraq ta’ larinġa
kuċċarina meraq ta’ lumija
100ml ħalib (mhux skimmed)
100g żbib
tuffieħa maħkuka
Ingredjenti għall-buttercream
50g cream cheese
meraq ta’ kwart ta’ larinġa
50g icing sugar
25g butir
kwart ta’ kuċċarina mixed spice
Metodu
Ħallat il-meraq tal-lumi mal-ħalib u ħalli fil-ġenb.
Dellek muffin tray bil-butir.
F’bieqja ftit kbira ħallat id-dqiq, il-mixed spice, il-baking powder, iz-zokkor ismar u l-lewż midħun.
Ħabbat il-bajd mal-butir imdewweb u l-meraq tal-larinġa. Żid il-ħalib, ħawwad u ferragħ fuq l-ingredjenti l-oħra. Żid iż-żbib u t-tuffieħa maħkuka.
Poġġi fil-muffin tray u sajjar f’forn ta’ 180˚Ċ, gas 4 għal madwar 20 minuta.
Sakemm isiru lesti l-buttercream billi tħallat l-ingredjenti kollha flimkien sakemm ikollok taħlita kremuża bajdanija.
Meta toħroġ il-cupcakes ħallihom jiksħu sew. Imbagħad idlikom fil-wiċċ bil-ġamm li tiggosta. Wara ippajpja l-buttercream f’forma ta’ salib.