Hot Air Balloon tiġġarraf fl-Eġittu; persuna mejta

Persuna mietet u 15 oħra weġġgħu wara li hot air balloon, li kienet qed iġġorr fuqha grupp ta’ turisti, iġġarfet viċin il-villaġġ storiku ta’ Luxor fl-Eġittu.
Madwar 20 persuna kienu abbord il-hot air balloon meta seħħ l-inċident li fi fih persuna mill-Afrika t’Isfel tilfet ħajjitha. Tnejn mill-feruti jinsabu f’kundizzjonijiet gravi.
Il-hit air balloon kienet għaddejja minn fuq il-villaġġ storiku meta l-bużżieqa, minħabba li ħakimha riħ qawwi, abbandunat ir-rotta tagħha u vjaġġat dirett għal ġol-muntanji.
Abbord kien hemm persuni ġejjin mill-Afrika t’Isfel, l-Arġentina, il-Brażil, Franza u l-Awstralja kif ukoll xi nies Eġizzjani.
Inċident simili kien ġara lura fl-2013 fl-istess post, u dan kien ħalla 19-il turist mejjet wara li qabdet u splodiet il-hot air balloon li kienu qed jivjaġġaw fuqha.