Ħoss, ħares u mejjel – Karta ġdida tal-€10

Karta ġdida tal-€10 se tidħol fiċ-ċirkolazzjoni f’pajjiżi Ewropej kif ukoll f’Malta minn nhar it-Tlieta 23 ta' Settembru.
Persuna tista’ tiċċekja li l-flus mhumiex foloz billi tħoss il-karta, tħares lejha u tilwiha biex tara l-kulur tagħha.
Il-karta l-ġdida tal-€10 se jkollha linji qosra fuq il-ġenb kemm tal-lemin kif ukoll tax-xellug.
Meta tintlewha l-karta, fuq in-naħa tax-xellug fir-rokna, ritratt tan-numru 10 li jbiddel il-kulur minn aħdar għal blu jiġi jidher.