Hosni Mubarak ħieles

L-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak jista’ jitqies persuna ħielsa.
Dan hekk kif Qorti fl-Eġittu biddlet il-verdett wara appell għal sentenza mogħtija qabel.
F’Mejju li għadda, Mubarak kien instab ħati ta’ frodi ta’ miljuni ta’ dollari ta’ fondi pubbliċi li kienu intiżi oriġinarjament għal xogħlijiet fuq il-palazz presidenzjali.
Kien intbagħat tliet snin ħabs waqt li żewġ uliedu kienu ntbagħtu erba’ snin oħra.
Il-Qorti llum iddikjarat li l-ewwel verdett ma setgħax ingħata minħabba li l-proċeduri legali ma kienux segwiti kif suppost.
Dan kien l-aħħar każ li kien qed iżomm lil Mubarak il-ħabs wara li kien arrestat oriġinarjament fl-2011.
L-akkużi ta’ kospirazzjoni fil-qtil ta’ mijiet ta’ dimostranti fl-Eġittu, li wasslu għall-waqa’ tat-tmun tiegħu fl-2011, twaqqgħulu f’Novembru li għadda.