HOPE joffri s-sapport lill-omm li ġarrbet attentat ta’ abort

Il-grupp ta’ għajnuna għall-kriżi waqt it-tqala HOPE jixtieq joffri s-sapport tiegħu lill-omm li ġarrbet trawma minħabba l-allegat attentat ta’ abort mis-sieħeb tagħha.
Dan hekk kif il-grupp esprima t-tħassib tiegħu għall-inċident li ġie rrappurtat il-Ħadd li għadda u lest li jagħti kull għajnuna meħtieġa, jekk kemm-il darba l-omm tfittex is-sapport u l-għajnuna tiegħu.
L-omm instabet minn bintha ta’ 15-il sena fil-banju b’saqajha u jdejha marbutin bit-tejp, fl-appartament tal-koppja fis-Swieqi.
L-investigaturi qed jaħsbu li l-aggressur ma kellu ebda taħriġ fuq kif isir abort u x’aktarx tħajjar minn filmati fuq Youtube li juruk kif tista' tagħmel dan.
Il-grupp qal li jinkoraġġixxi lin-nisa u lill-familji tagħhom biex ifittxu id ta’ għajnuna u sapport kunfidenzjali waqt kriżi fit-tqala.
Jekk tixtieq tagħmel kuntatt miegħu tista’ ċċempel fuq 21418055.