Hong Kong: L-ikbar ġlieda minn mindu bdew il-protesti

Fl-aħħar sigħat, il-pulizija ta’ Hong Kong spiċċaw fi ġlieda kbira mad-dimostranti favur id-demokrazija, f'dik li qed jissejjaħ bħala l-ikbar attakk vjolenti minn meta bdew il-protesti fis-27 ta’ Settembru li għadda.
L-istudenti u l-grupp Occupy Central li huma dimostranti favur id-demokrazija, ilhom jokkupaw partijiet ta' Hong Kong għal aktar minn ġimagħtejn.
Mijiet ta’ pulizija wżaw il-pepper spray biex jifidru lid-dimostranti u ħafna minnhom spiċċaw arrestati.
Intant, iktar kmieni xxerred filmat ta’ 12-il uffiċjal tal-pulizija li dehru jsawwtu wieħed mid-dimostranti waqt li kien qed jiġi arrestat.
Hu mifhum li dawn l-uffiċjali se jitneħħew mill-kariga tagħhom u l-każ se jiġi investigat.
Id-dimostranti għadhom isostnu li għandhom isiru elezzjonijiet demokratiċi biex jiġi elett il-mexxej il-ġdid tat-territorju.
Dan wara li ċ-Ċina qalet li għalkemm iċ-ċittadini għandhom id-dritt tal-vot, se jkun il-Gvern stess li jiddeċiedi min se jkunu l-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni.
 
.