Hong Kong; l-awtoritajiet jagħlqu l-uffiċċji minħabba vjolenza kbira

Eluf ta’ dimostranti f’Ħong Kong iltaqgħu biex jipprotestaw u lestew ruħhom għal aktar kunflitti mal-pulizija hekk kif ilbieraħ diġà sparaw fuqhom gass tad-dmugħ u balal tal-gomma minkejja li ma kellhomx armi. Id-dimostranti qed jipprotestaw dwar liġi pjanata ta’ estradizzjoni, mal-kontinent Ċiniż.

Xi dimostranti marru fuq il-pulizija li ppruvaw jieħdu l-maskli għall-wiċċ u l-ikel tad-dimostranti. L-awtoritajiet ta’ Ħong Kong għalqu l-uffiċċji tal-gvern fid-distrett finanzjarju tal-belt għall-bqija tal-ġimgħa hekk kif qed ikun hemm vjolenza kbira fl-inħawi.