Hong Kong: jerġgħu jibdew il-protesti, l-ewwel ġlied

F’Hong Kong reġa’ żdied b’mod konsiderevoli l-għadd ta’ nies jipprotestaw favur id-demokrazija fit-toroq, hekk kif fi tmiem il-ġimgħa l-Gvern Ċiniż ma żammx kelmtu li jiddiskuti t-triq ’il quddiem.
Ma’ sbieħ it-Tnejn, beda l-ġlied bejn dimostranti u dawk li qed jopponuhom, hekk kif xi xufiera tat-taxis ippruvaw ineħħu l-barrikati biex jgħaddu bil-vetturi tagħhom.
Il-protesti, li għal xi jiem imblukkaw għal kollox il-qalba tad-distrett finanzjarju f’Hong Kong, ilhom għaddejjin għal tliet ġimgħat għalkemm fl-ebda ħin issa mhuma jlaħħqu l-għadd ta’ nies daqs dak ta’ ftit jiem ilu.