Għal Claudia Faniello ħolma li kellha saret realtà hekk kif iggradwat u kisbet id-diploma fil-Facilitating Inclusive Education fl-Università ta’ Malta. Meta tkellimna magħha, Claudia qalet li din hija ħolma saret realtà u li issa qed tagħmel degree fuq l-istess suġġett.
“Jekk il-Bambin irid nerġà niggradwa sena u nofs oħra,” ikkummentat Claudia.
Minkejja li l-istudju jeħdilha ħafna ħin, dan mhux jeffettwalha l-karriera mużikali tagħha.
“Bħala ħin le. Huma żewġ affarijiet totalment differenti. Però ż-żewġ karrieri jtuni ħafna sodisfazzjon,” kompliet tgħid hi waqt li żvelat li se tkun qed toħroġ vidjow mużikali ġdid fil-bidu tas-sena l-ġdida.
“Għalissa ma nistax nagħti wisq dettalji iżda din se tkun kanzunetta li titratta esperjenza personali li għaddejt minna,” temmet tgħidilna.
Awguri Claudia biex tkompli tirnexxi fiż-żewġ karrieri tiegħek.