Ħolma ssir realtà ġewwa Raħal Ġdid

Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid għoliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Għal min forsi mhux intiż f’dan il-qasam, jaħseb li huwa biss titlu imma sejjer żball.

Meta titlu jingħata lil knisja, dan ifisser li jiżdied l-impenn spiritwali biex il-poplu jkollu aktar wens u għajnuna kif ukoll imħabba.

Forsi hemm min jgħid li huwa kliem fieragħ iżda żgur li mhuwhiex. Biżżejjed naħsbu f’dak li għaddejna minnu waqt il-pandemija tal-Covid-19 u kemm nies għaddew minn dwejjaq, u ħsiebijiet oħra.

Il-Knisja għandha l-irwol li tgħin lil kulħadd u tfittex lil dak li għandu bżonn u ma jrid jisimgħu ħadd. Hija miftuħa għal kulħadd!

Dan huwa titlu li jingħata mill-Papa Franġisku direttament. Insellmu lill-poplu Pawlist kollu kif ukoll lil Dun Marc Andrè Camilleri li jħabbrek flimkien mal-kleru kollu! Awguri.

Is-Soċjetà Filarmonika Gran Mastru Fra Antione De Paule Banda Kristu Re u l-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan se jingħaqdu mal-parroċċa fis-sehem tal-Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Kristu Re li huma stess iregalaw 4 snin ilu lil Paroċċa. Il-Baned se jkunu qegħdin idoqqu innijiet Ewkaristiċi matul il-pellegrinaġġ.

Dan kollu se jsir illum il-Ħadd 26 ta’ Lulju, fis-6pm jibda l-pontifikal mill-Arċisqof ta’ Malta fejn se jkun qed jinqara id-digriet li l-Knisja ta’ Kristu Re se tkun elevata għal Bażilika Minuri tal-Vatikan ta’ Ruma  fejn wara se jsegwi il-Pellegrinaġġ. 

F’isem is-Soċjetiet nawguraw lil-Rev. Kanonku Dun Marc Andrè għal dan it-titlu prestiġjuż u dinjituż lill-Parroċċa tant għal qalbu.

Din l-informazzjoni twasslet minn DePaule Media Group.